​Il-bajd lokali kollu jista’ jittiekel

Il-bajd lokali kollu huwa sigur u konformi mar-rekwiżiti Ewropej. Id-Direttorat għas-Servizzi Veterinarji u dak għas-Saħħa Ambjentali qalu dan wara li f’Awwissu xi rziezet lokali ma tħallewx iqassmu iktar bajd fil-ħwienet. 
Id-Direttorat spjega li wara li f’Awwissu li għadda kienu nstabu traċċi tas-sustanza tossika “fipronil” f’xi bajd li kienu ġejjin minn ħames irziezet lokali u tnejn barranin, issa l-irziezet kollha f’Malta huma siguri. 
Id-Direttorat qal li Malta huwa l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li għamel testijiet fl-irziezet kollha kummerċjali tiegħu sabiex jassigura li l-bajd ma fih l-ebda traċċa ta’ xi sustanza tossika. 
Ġie spjegat li kampjuni ta’ bajd mill-ħames irziezet suspettati, intbagħtu fil-Ġermanja għall-iktar eżamijiet, bil-konsegwenza li tlieta mill-irziezet ma tħallewx ibiegħu aktar bajd.
Ma nsabet l-ebda sustanza tossika fil-kumplament tal-irziezet. 
Għalhekk id-direttorat assigura li l-bajd kollu prodott f’Malta issa huwa mill-ġdid konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti Ewropej.