Il-Baġit tal-UE ma jiġix approvat

Il-Parlament Ewropew ma approvax il-proposta tal-baġit tal-Unjoni Ewropea, liema baġit jammonta għal €960 biljun. Dan ifisser li l-fondi li ġab l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, jistgħu ma jingħatawx.

Il-Baġit kien bbażat fuq pjan ta’ seba’ snin. Il-Parlament Ewropew qed jisħaq li n-negozjati mhux qed jindirizzaw id-domanda tagħhom li aktar flus jiġu allokati fuq tkabbir ekonomiku.

B’hekk, la ma ġiex approvat, issa jmiss li jintlaħaq kompromess bejn il-Parlament u r-rapreżentanti tal-pajjiżi individwali.

Wara sigħat sħaħ ta’ negozjati, Malta kienet ġiet allokata total ta’ €1.128 biljun. Dan minkejja li kien hemm tnaqqis ta’ 3.3% tal-baġit totali.