Il-baġit li jmiss għandu jindirizza ekonomija ċirkulari – Farrugia

Read in English.

Il-Kap tal-Partit Demokratiku u kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Godfrey Farrugia qal li l-baġit tal-2020 ta’ Malta għandu jindirizza l-ekonomija ċirkulari.

Fi stqarrija, Farrugia qal li ekonomija ċirkulari għandha l-potenzjal li toħloq l-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli. Il-kandidata għall-PE Camilla Appelgren qalet li n-natura m’għandhiex fruntieri u li kulħadd għandu jaħdem sabiex isalva l-ambjent.

Il-PD qalet li l-baġit għall-2020 jista’ jkun dwar proġett Malti biex jintlaħqu il-miri tal-Unjoni Ewropea li sal-2050 ikun hemm ekonomija carbon neutral.

Il-kandidat għall-PE Anthony Buttigieg qal li hemm koalizzjoni ta’ 8 stati membri tal-UE mmexxija minn Franza li proponew li 25% tal-baġit Ewropew għandu jiġi allokat lejn il-ġlieda ta’ kontra t-tibdil fil-klima.

Il-kandidat Martin Cauchi Inglott qal li kulħadd jiddependi fuq in-natura għall-ikel u l-ilma.

X’inhi l-ekonomija ċirkulari?

Aktar mill-kampanji elettorali: