‘Il-baġit irid isir id f’id bejn iż-żewġ partiti’- Karm Farrugia

L-ekonomista Karm Farrugia jgħid li hemm bżonn li l-baġit tas-sena jinħadem id f’id bejn iż-żewġ partit politiċi. Kompla li hemm bżonn li jitnaqqas l-infiq fl-amministrazzjoni u mhux fis-servizzi soċjali.

L-ekonomista żied li d-defiċit m’għandux ikun aktar minn 3%, u l-ispiża tal-Gvern m’għandiex titnaqqas. mis-servizzi soċjali.

Skont Karm Farrugia, jekk il-Gvern inaqqas in-nefqa żejda fl-amministrazzjoni, inaqqas l-ispiża rikorrenti tiegħu b’5%.