Il-baġit għal nofs Novembru

Il-baġit 2015 hu ppjanat li jiġi ppreżentat f’nofs Novembru.
Rapporti fil-midja lokali qalu li l-baġit se jiġi ppreżentat fis-17 ta’ Novembru, iżda tista’ tinbidel għax għadha trid tiġi diskussa f’kumitat tal-Parlament.
Jekk din id-data tkun konfermata, sakemm jitressaq il-baġit fadal 25 ġurnata.
Fil-jiem li għaddew, tħabbar li l-kumpens għall-għoti tal-ħajja għas-sena d-dieħla se jkun ta' 58 ċenteżmu fil-ġimgħa.