Il-Baġit għal Għawdex: Osservatorju tal-istilel, toroq u mina

Il-Gvern ħabbar li se jkun qed ikompli bl-istudji għall-mina bejn Malta u Għawdex kif ukoll li jkompli għadd ta’ proposti li kemm-il darba ssemmew fil-Baġit.

Il-miżuri tas-sena l-oħra:
X’qed jagħti l-Baġit lill-Għawdxin?

Fost dawn hemm it-tieni fibre optic cable, l-Innovation Hub fix-Xewkija u l-bini ta’ għadd ta’ toroq f’Għawdex. Jissemma wkoll l-Osservatorju Astronomiku li se jkun hemm fin-Nadur li bih il-Gvern jgħid li se jkunu qed jinħolqu opportunitajiet ġodda ta’ xogħol.

Minflok kapitlu għalih, din is-sena Għawdex ġie inkluż bħala parti mill-kapitlu tat-tkabbir ekonomiku.

Il-miżuri tal-Gvern għal Għawdex:

  • Jiddaħħal it-tieni fibre optic cable;
  • Jitlesta l-Innovation Hub tax- Xewkija
  • Osservatorju Astronomiku Nazzjonali fl-Qortin fin-Nadur li bih se jinħolqu opportunitajiet ġodda ta’ xogħol ta’ valur miżjud għoli.
  • Jitkompla l-bini mill-ġdid ta’ toroq arterjali u toroq oħra.
  • Isir xogħol ta’ restawr ta’ statwi u niċeċ li jinsabu mxerrda fit-toroq u l-pajsaġġ Għawdxi
  • Jiġu installati mosaic murals fiż-żoni turistiċi
  • Isir xogħol ta’ infrastruttura flinħawi tal-Blue Lagoon f’Kemmuna.
  • Jitkompla l-proġett tas-smart parking biex persuna tkun taf kemm u fejn hemm parkeġġ disponibbli.
  • Jitkompla x-xogħol fuq il-pixxina f’Għawdex
  • Upgrade fl-infrastruttura tal-korsa taż-żwiemel f’Tax-Xħajma.
  • Isiru studji għall-Mużew kulturali taħt il-baħar
  • Proġett ta’ Virtual Reality fiċ-Ċittadella,
  • Villa Lauri f’Birkirkara bħala akkomodazzjoni għall-istudenti Għawdxin f’Malta
  • Jitkompla x-xogħol fuq id-dar għall-anzjani f’Dar Ġużeppi f’Għajnsielem.
  • Proġett pilota għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli mis-slurry tal-baqar u materjal organiku.
  • Tisbiħ ta’ numru ta’ widien, bini ta’ ħitan tas-sejjieħ u afforestazzjoni f’diversi nħawi.

Kif se titjieb l-aċċessibbiltà lejn Għawdex bil-miżuri tal-Baġit 2021?

  • Fast Ferry: il-Ministru jgħid li se jkun hemm dan it-trasport bil-baħar “wara li jiġu solvuti l-intoppi li nqalgħu li wasslu biex jiġi pospost l-introduzzjoni ta’ dan is-servizz”.
  • Ir-raba’ vapur fuq bażi permanenti.
  • Tiddaħħal ir-rotta X300 bejn iċ-Ċirkewwa u ċ-ċentru ta’ Malta
  • Dwar il-mina: Tlesta l-proċess tal-pre-qualification questionnaire (PQQ), li huwa l-ewwel stadju minn proċess ta’ tlieta, li għandu jwassal biex jekk il-proġett ikun feasible, jintgħażel ilkonċessjonarju li jkun se jiddisinja, jibni, jiffinanzja, jopera u jieħu ħsieb il-mina.
Tista’ ssegwi l-baġit LIVE hawnhekk:
BAĠIT 2021: Id-diskors LIVE mill-Parlament