Il-baġit fil-Portugall ittieħed fil-Qorti Suprema

Il-President tal-Portugall mar għand il-Qorti Suprema sabiex jivverifika jekk il-baġit kontroversjali tal-2013 hux legali.
Il-baġit daħal fis-seħħ nhar it-Tlieta wara li ġie approvat f’Novemberu, għalkemm l-oppożizzjoni kienet diġa wissiet li se tieħu kollox fil-qorti kostituzzjonali.
F’messaġġ lin-nazzjon mxanndar fuq it-televiżjoni, il-President qal li t-taxxi għoljin u s-servizzi soċjali kienu se jaffetwaw lil kulħadd iżda lil xi wħud aktar minn ħaddieħor.
Il-miżuri tal-baġit huma l-agħar fl-istorja tal-pajjiż hekk kif iż-żidiet fit-taxxi huma ekwivalenti għall-paga ta’ xahar għal ħafna ħaddiema. Il-qgħad tela’ għall-16 fil-mija b’diversi strajks u protesti saru materja familjari fil-pajjiz.
Il-Portugal irid jilħaq it-€78 biljun f’bailout hekk kif miftihem maż-Żona Ewro u l-IMF.