Il-5 post għat-tim ta’ Neville Ciantar fl-Off-Road

Fi-tmiem il-ġimgħa li għaddiet is-sewwieq Malti u membru tal-All Wheel Drive Club Malta, Neville Ciantar ikkompeta b’suċċess f’Ultra 4 Europe – King of Spain, ġewwa Les Comes fi Spanja.

Ciantar permezz tat-tim tiegħu, Nusu Off-Road Racing Team li hu kompost mit-tifel tiegħu Lee Ciantar bħala l-co-driver, Brian Agius, Thomas Tanti u Charlene Ciantar ikkompeta kontra 34 tim ieħor minn madwar d-dinja.

Huma rnexxielhom jispiċċaw fil-ħames post b’għoxrin punt biss taħt il-Franċiżi Cedric Porcher u Noel Herve li spiċċaw fit-tieni post. It-tellieqa ġiet mirbuħa mill-Brittaniċi Jim Marsden u Steve Grant.

Il-kampjonat Ultra 4 se jkompli bil-King of France li se ssir f’Vallee Bleu ġewwa Franza bejn il 21 u 23 ta’ Ġunju.