​Il-21 kandidat ieħor approvati mill-PN għall-elezzjoni ġenerali

Kif żvela lbieraħ Newsbook.com.mt, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista approva aktar kandidati għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista llum qal li b’kollox ilbieraħ ġew approvati 21 kandidat ieħor għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dan il-grupp jiżdied mat-13-il kandidat li kienu diġà ġew approvati fil-ġimgħat li għaddew. B’hekk, it-total ta’ kandidati li diġà ġew approvati għall-elezzjoni li jmiss issa hu ta’ 34. 
Il-kandidati approvati lbieraħ huma:  Albert Buttigieg, Charles Selvaggi, Caroline Galea, Joseph Attard, Joanna Agius, Mark Anthony Sammut, Graziella Galea, Karl Gouder, Edwin Vassallo, Kevin Cutajar, Justin Fenech, David Vassallo, Evelyn Vella Brincat, Michael Asciak, Giorgio Schembri, Philip Mifsud, Josianne Cardona Gatt, Noel Muscat, Jacqueline Azzopardi, John Zammit Montebello u Mario Rizzo Naudi.
Fil-laqgħa tal-bieraħ, ġew approvati wkoll numru ta’ kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li se ssir fil-11 ta’ April li ġej.