Il-100 puntata ta’ Sorelle

Illum taħbat il-100 puntata tas-sensiela Sorelle li Rewind Productions qed iwasslu mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq TVM.

Amanda ċċempel in-numru ta’ Samantha. X’ġara? Min se jirrispondiha? Frederick jerġa’ jistaqsi lil Steve jekk kienx sar jaf min kien xogħol dak il-lejl li kien inqabad Leo. Kellu xi risposta? Amanda tmur tiltaqa’ ma’ Gina biex tgħidilha dwar it-telefonata. X’reazzjoni se jkollha Gina u min se jċempel lil Amanda?

Sorelle jixxandar fit-3pm u għandu kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Dr Michael Vella Haber.