Qtil Chantelle Chetcuti: Il-vittma u l-akkużat kienu qed jattendu sessjonijiet ta’ terapija

Read in English.

Illum kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Justin Borg minn Ħal Safi, akkużat bil-qtil ta’ Chantelle Chetcuti, li nqatlet fi Frar li għadda b’daqqiet ta’ sikkina f’Ħaż-Żabbar. L-allegat aggressur, li għandu 33 sena, huwa l-eks sieħeb tal-mara.

Xi spikka mis-seduta tal-lum?

  • Omm l-akkużat tgħid li kienet ilha taf lil Chantelle Chetcuti 16-il sena
  • Omm l-akkużat tgħid li ma tridx tixhed kontra binha
  • Il-vittma Chantelle Chetcuti u l-akkużat Justin Borg kienu għadhom kif marru għal 3 sessjonijiet ta’ terapija u kellhom iktar ibbukkjati
10:56 Il-midja ġiet ordnata toħroġ mill-awla.
Charmaine Attard
10:55 Dr Debono jistaqsi lix-xhud jistax jgħid min kien jitlob għal dawn is-sessjonijiet. Bartolo jgħid li ma jistax jgħid.
Charmaine Attard
10:51 Jgħid li f'Jannar il-koppja kellhom sessjoni fil-bidu tax-xahar imma pposponewha għall-aħħar tax-xahar. It-terapista jgħid li marru għal tliet sessjonijiet, u li kellhom aktar sessjonijiet ibbukkjati.
Charmaine Attard
10:49 Matthew Bartolo jibda jixhed. Jgħid li huwa sex therapist. Jgħid lill-Qorti li għandu klinika fejn il-koppja kienu marru jarawh f'Ottubru u li hu rreferihom għal terapista tal-familja li taħdem fl-istess klinika tiegħu. L-ewwel sessjoni kienet f'Novembru 2019, segwita minn sessjoni oħra f'Diċembru 2019 u oħra f'Jannar 2020.
Charmaine Attard
10:44 Issa jmiss jixhed Matthew Bartolo, terapista tal-familja
Charmaine Attard
10:40 Dr Debono jikkwota l-liġi u jgħid li x-xhud diġà wriet li ma tixtieqx tixhed. Ix-xhud tistaqsi lill-Qorti jekk għandhiex dritt ma tixhidx kontra binha. Il-Maġistrat tgħidilha li tiddeċiedi l-Qorti. Terġa' tgħid li ma tridx tixhed kontra binha. Titħalla tieqaf tixhed.
Charmaine Attard
10:38 Fl-2019 kienu argumentaw imma ma kinux qattgħu l-karti għax il-vittma kienet titlaq mid-dar u terġa' lura.
Charmaine Attard
10:37 Ix-xhud tgħid li ilha taf lil Chantelle Chetcuti bħala s-sieħba ta' binha għall-aħħar 16-il sena.
Charmaine Attard
10:36 Jekk il-Qorti tinnota li x-xhud mhix f'pożizzjoni li twieġeb, iwaqqfuha milli tixhed.
Charmaine Attard
10:34 L-Ispettur Kurt Zahra jitlob lill-Qorti biex twissi lix-xhud minħabba li hi omm l-akkużat. Il-Maġistrat tagħmel dan.
Charmaine Attard
10:34 Omm l-akkużat, Rita Borg titla' fuq il-pedana tax-xhieda.
Charmaine Attard
10:33 Il-Maġistrat tgħid li hemm talba għall-ħelsien mill-arrest.
Charmaine Attard
10:33 Dr Debono jgħid li f'dawn il-każi x-xhud irid jiġi arrestat il-lejl ta' qabel.
Charmaine Attard
10:31 L-Ispettur Kurt Zahra jgħid li l-Pulizija ppruvaw isibuh.
Charmaine Attard
10:30 L-Ispettur Kurt Zahra u Dr Franco Debono staqsew lill-uffiċjal jekk ippruvawx jinnotifikaw lil Dylan Meliak illum biss. Il-pulizija qal li hu ma jkunx jaf.
Charmaine Attard
10:29 Il-Pulizija jgħid lill-Qorti li dalgħodu marru f'appartament biex isejħu xhud, imma ma fetħilhom ħadd fis-7.30am. Omm ir-raġel li kien se jintalab biex jixhed illum ċemplet l-għassa biex tgħidilhom li issa binha qed jgħix Għawdex.
Charmaine Attard
10:26 Jitla' jixhed uffiċjal tal-Pulizija mill-Għassa ta' Ħaż-Żabbar.
Charmaine Attard
10:25 Espert tal-Qorti li ngħata l-inkarigu biex jagħmel traskrizzjoni tal-interrogazzjoni ta' Borg, jippreżenta r-rapport.
Charmaine Attard
10:24 L-akkużat jiddaħħal fl-awla. Tidħol ukoll il-Maġistrat Rachel Montebello.
Charmaine Attard
10:18 Ninsabu live minn awla 14. Il-prosekuzzjoni, l-avukati tal-parte civile u tad-difiża diġà qegħdin fl-awla.
Charmaine Attard
10:17 L-għodwa t-tajba. Merħba għal blogg live ta' Newsbook.com.mt.
Charmaine Attard

Xi spikka fl-aħħar seduta?

  • “Chantelle qatt ma riedet tkun miegħu”
  • “Qatt ma ried jaċċetta li ma kinux għadhom flimkien”
  • Meta ħu Chantelle Chetcuti ġieli qalilha biex tirranġa mal-akkużat, qaltlu “Ġieli tefagħni l-isptar”
  • Meta kienu żgħar, Justin kien jgħid lil Chantelle, “Għad tkun l-għarusa tiegħi”
  • L-akkużat qal lil omm il-vittma li kien ħariġha tqila apposta biex tkun miegħu
  • “Dejjem kien isawwatha, anke meta kienet tqila taha daqqa ta’ sieq” – omm il-vittma
  • Omm Chantelle Chetcuti tgħid li l-akkużat hedded anke lilha li se joqtol lil bintha
  • “Jien biss naf għal xiex jasal dak” – Chantelle Chetcuti lil ommha
  • L-aħħar 3 ijiem qabel inqatlet, Justin Borg kien jistenna lil Chantelle Chetcuti wara l-bieb; kien jheddidha li jekk ma tmurx lura għand ommha joqtolha.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur tal-Pulizija Kurt Zahra. L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri qed jidhru għall-akkużat. L-Avukata Stephanie Caruana qed tirrappreżenta l-parte civile.

Il-Qorti hija ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello