Għall-ewwel darba RTK u Newsbook b’iktar xandiriet dwar l-ikbar festa tal-Knisja

Bejn illum u għada, Radju RTK se jkompli joffri aktar xandiriet diretti marbuta mal-ikbar festa tal-Knisja Kattolika – l-Għid il-Kbir.
Dan wara li lbieraħ f'Jum il-Ġimgħa l-Kbira, ixxandar il-kummentarju tal-passjoni, wara ħafna snin.
Fil-11 ta’ dalgħodu se jerġa’ jixxandar ir-radju dramm ta’ Lina Brockdorff Il-Ħaruf tal-Golgota. Fit-8 tal-lejla RTK jingħaqad mal-Konkatidral ta’ San Ġwann għal xandira diretta tal-Funzjoni tad-Dawl fil-Vġili tal-Għid iċċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna.
Għada, Ħadd il-Għid, fis-6pm, RTK se jxandar live l-Quddiesa tal-Għid mill-Katidral ta’ Għawdex, iċċelebrata mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech.
Sadanittant Newsbook.com.mt se jkun qed ixandar live ċ-ċelebrazzjoni tal-lejla fil-Konkatidral kif ukoll il-Quddiesa tal-Għid li se ssir fid-9.15am fil-Konkatidral stess u li se titmexxa wkoll mill-Arċisqof Scicluna.
Barra minn hekk, fl-10.30 ta’ għada filgħodu, Newsbook.com.mt se jxandar dirett id-diskors u l-Barka tal-Papa waqt Quddiesa fil-Vatikan.
Ilbieraħ Newsbook.com.mt xandar live wkoll il-Via Crucis tal-Papa.