​“Iktar ugwaljanza tfisser PGD ikbar” – stħarriġ Ewropew

Malta tista’ tnaqqas id-distakk bejn in-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol b’5% sal-2030. Dan joħroġ minn stħarriġ li sar mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, li jgħid li dan jista’ jintlaħaq jekk ikun hemm żieda ta’ nisa jaħdmu fis-setturi tax-xjenza, matematika, teknoloġija u inġinerija.
Il-konklużjonijiet ta’ dan l-istħarriġ jindikaw li iktar me jkun hemm ugwaljanza, iktar se jkun hemm tkabbir fil-Prodott Gross Domestiku, żidiet fl-impjiegi u fil-produttività.
Skont l-istess stħarriġ, titjieb fl-ugwaljanza bejn is-sessi jista’ joħloq sa 10.5 miljun impjieg ieħor sal-2050 fl-Unjoni Ewropea kollha.
L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jgħid li bidliet demografiċi fosthom l-età medja tal-għajxien li dejjem qed tiżdied, tista’ titjieb permezz ta’ iktar miżuri dwar l-ugwaljanza.