Iktar turisti f’Malta f’Awwissu

F’Awwissu li għadda komplew jaslu iktar turisti f'Malta.
Imqabbel ma’ sena ilu, Awwissu ra żieda ta’ 9.4% għal total ta’ 239,343 turist.
Dawn jinkludu 3,750 persuna li daħlu Malta minħabba l-irvellijiet fil-Libja, fosthom 97 ċittadin Malti. 
L-NSO qal li meta teskludi dawn, xorta waħda Awwissu jibqa’ wieħed b’ċifri ogħla minn dawk tal-istess xahar sena ilu, b’żieda ta’ 8.7%.
It-turisti qattgħu 4.1% iktar ta’ ljieli f’Malta, għal total ta' 2.2 miljun lejl, filwaqt li ħallew b’4.6% iktar flus fil-pajjiż, għal total ta' €257.5 miljun.
L-NSO ppubblika wkoll ċifri għall-ewwel tmien xhur tas-sena, li kkonfermaw żieda ta’ 9% fuq l-istess żmien is-sena l-oħra. Bejn Jannar u Awwissu waslu Malta total ta' 1,170,721 turist. 
L-iljieli żdiedu b'4.9%, għal total ta' 9.3 miljun lejl, filwaqt li l-flus li ħallew it-turisti fil-pajjiż żdiedu b’6.5%, għal €1.1 biljun. Madankollu, in-nefqa ras għal ras naqset b'1.7% meta mqabbla maċ-ċifri tal-istess tmien xhur tal-2013.