Iktar tfal se jkantaw ma’ Joseph Calleja

Id-direttur tal-Kor tal-BOV Joseph Calleja għat-Tfal, Gillian Zammit, esprimiet b’sodisfazzjoni li għall-kunċert tat-Tenur Joseph Calleja ta’ din is-sena kien hemm interess akbar mit-tfal li jixtiequ jieħdu sehem.
Zammit spjegat kif għalkemm kien hemm diversi uċuħ ġodda, għad fadal grupp ewlieni ta’ tfal li ilhom mal-kor mill-bidu tiegħu fl-2009.
Zammit kuntenta bil-progress li sar u spjegat li l-ilħna tal-kor jinsabu f’armonija. Il-kor jinsab lest għall-kunċert tat-tenur Malti ta’ nhar is-Sibt li ġej.
Min-naħa tiegħu t-Tenur Calleja qal li l-korijiet huma mod kif it-tfal u l-ġenituri tagħhom jistgħu jiffamiljarizzaw ruħhom mal-mużika klassika b’mod naturali.
Il-Bank of Valletta huwa l-isponsor prinċipali tal-kunċert li qed jiġi organizzat mill-NnG Promotions, hu huwa wkoll l-isponsor tal-Kor tal-BOV Joseph Calleja.
Barra minn hekk, il-BOV u Joseph Calleja kien waqqfu il-Fondazzjoni BOV Joseph Calleja, fondazzjoni li tgħin studenti tal-mużika jkomplu l-istudji tagħhom barra mill-pajjiż sakemm ikunu jistgħu jieħdu l-ewwel passi fit-triq tal-karriera tagħhom.