Aġġornata: Tfal fost iktar minn 40 li għerqu barra l-Greċja

Aġġornata:
Il-mejta tal-għarqa barra l-Greċja qabżu l-40, bil-vittmi tfal jiżdiedu għal mill-inqas 17.
Minn dgħajsa minnhom, għerqu 34 persuna fosthom 11-il tifel u tifla u mill-inqas 8 oħra tilfu ħajjithom meta t-tieni dgħajsa għerqet qrib gżira oħra.
Mill-bidu tas-sena ’l hawn, fil-Baħar Eġew, bejn it-Turkija u l-Greċja, diġà għerqu iktar minn 100 persuna, u iktar minn 700 oħra matul l-2015. 
Iktar kmieni:
’Il barra mill-Greċja t-telf ta’ ħajjiet ma jridx jieqaf.
Reġa’ kien hemm għarqa oħra – din id-darba żewġ dgħajjes ma rnexxielhomx jaslu minn naħa għall-oħra u 21 ruħ tilfu ħajjithom.
Mill-inqas 8 minnhom huma tfal.