Iktar suċċessi għat-tim Malti tal-għawm sinkronizzat

Atleti Maltin tal-għawm sinkronizzat rebħu midalja tal-bronż f’kompetizzjoni li saret fi Vjenna, fost il-250 kompetitur minn 13 il-pajjiż differenti.
L-għawwiema, li għandhom inqas minn 12 il-sena huma Kristina Camenzuli, Hayley Camilleri, Neeve Cauchi, Ana Culic, Maya Galea, Emily Loucaides, Vanessa Mairangas, Victoria Pace, Hanna Rizzo u Charlotte Spencer.
Vanessa Mairangas ġiet fis-seba’ post fil-kompetizzjoni Solo fost 22 tfajla b’esperjenza.
Il-kowċ tat-tim Malti, Saho Harada qalet li t-taħriġ li għamlu l-atleti ħalla r-riżultati tiegħu u l-possibiltajiet tat-tim qed ikomplu jiżdiedu.
L-atleti Malti tal-għawm sinkronizzat se jħejju għal aktar kompetizzjoni li se jieħdu sehem fihom dan is-sajf.