Iktar stazzjonijiet jipprojbixxu l-mużika ta’ Michael Jackson

Stazzjonijiet tar-radju fl-Awstralja, l-Kanada u New Zealand huma l-aħħar pajjiżi li qed jipprojbixxu li jdoqqu miżika ta’ Michael Jackson wara l-filamt li ħareġ fejn qed jallega li Michael Jackson kien jabbuża mill-minorenni.

Wade Robson u James Safechuck qed jallegaw li kienu jiġu abbużati minn Michael Jackson fl-età ta’ seba’ u ħames snin rispettivament. Fid-dawl ta’ dan Smooth FM ħabbru li se jkunu qed jipprojbixxu milli jdoqqu diski tar-re tal-mużika pop wara rispons mill-pubbliku.

Fi New Zealand il-kanzunetti ta’ Jackson ġew projbiti kważi minn kullimkien wara li MediaWorks u NZME, l-akbar żewġ stazzjonijiet tar-radju pprojbixxew d-diski tal-kantant. Id-Direttur ta’ Mediaworks qal li bħala stazzjon huma mhux jiddeċiedu jekk Michael Jackson hux ħati ta’ pedofelija iżda qed jagħmlu ċert li jagħmlu dak li jixtieq il-pubbliku.

L-istazzjonijiet tar-radju Quebec u Ontario qalu li d-deċiżjoni li ma jdoqqux diski ta’ Michael Jackson qed taffetwa madwar ħames miljun semmiegħ tar-radju. Id-dokumentarju deher fl-Istati Uniti il-Ħadd li għadda qajjem diversi mistoqsijiet dwar ir-relazzjoni ta’ Michael Jackson mat-tfal. Kien hemm diversi allegazzjonijiet dwar dan iżda qatt ma ġew sostnuti.

Il-kumpanija ta’ Jackson ċaħdet dak li ntqal fil-filamt u ppreżentat kawża ta’ 100 miljun dollaru Amerikan kontra l-kumpanija li ppubblikat dan il-filmat. Il-kumpanija ta’ Jackson qalet li għaxar snin wara l-mewt ta’ Jackson għad hawn min irid jagħmel profit minn persuna li kellha suċċess dinji u jieħu vantaġġ minn dawn is-sitwazzjonijiet.