Iktar sħana jew se jiffriska?

Xemx u xita, Alla jaf meta… Hekk jgħid il-Malti.  U skont is-sit indipendenti tat-tbassir tat-temp FirstMalta, minn għada r-riħ mistenni jbatti u t-temperaturi jerġgħu jibdew jiżdiedu. Ibassar li sal-aħħar tal-ġimgħa t-temperaturi se jilħqu t-32 grad celsius u se jinħassu 36.

Għaldaqstant wieħed għandu jibqa’ jieħu ħsieb saħħtu billi japplika l-krema protettiva kontra l-Indiċi UV, jixrob ħafna ilma u joqgħod għad-dell fejn possibbli. Wieħed għandu jevita wkoll li joħroġ fix-xemx fl-agħar ħinijiet.