​Iktar rotot diretti għall-Università u l-MCAST bis-servizz il-ġdid

Is-servizz il-ġdid tat-trasport pubbliku se jinkludi rotot ġodda diretti għall-Junior College u fil-mument, qed jiġu proposti rotot ġodda miċ-Ċirkewwa għall-Università u għall-MCAST f’Raħal Ġdid.
Ma’ dawn, jinżammu r-rotot eżistenti għall-Università u r-rotot mill-Belt Valletta lejn l-istituzzjonijiet edukattivi l-oħra.
Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi qal dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Antoine Borg.