Iktar rinovar fil-kċina ta’ Monte Karmeli; il-ħaddiema se jinżammu

Read in English.

It-tmexxija tal-Isptar Monte Karmeli qed tfittex il-possibilitajiet sabiex tkompli taġġorna l-kċina tal-isptar u s-servizz tal-ikel għall-pazjenti u l-istaff. Din il-kċina ġiet renovata u t-tmexxija qed tara li tkompli taġġorna din il-kċina.

Newsbook.com.mt tkellem mal-kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa li din qalet li mhux vera li l-kċina tal-isptar se tagħlaq. Żiedet li kull ħaddiem se jżomm l-impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Fi stqarrija, is-Solidarjeta Ħaddiema Partit Nazzjonalista qal li juri solidarjetà mat-30 ħaddiem fl-isptar Monte Karmeli li ma jafux x’se jkun qed isir minnhom minħabba li l-kċina se tagħlaq. Fl-istqarrija l-PN staqsa x’se jsir mill-pazjenti u min se jitmagħhom la darba dawn il-ħaddiema se jitkeċċew.

Is-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista qalet li din il-miżura mhux se tħalli biss impatt negattiv fuq il-ħaddiema imma wkoll fuq il-pazjenti.