“Iktar plastik milli ħut fil-baħar sal-2050”

Qed jiġi mbassar li sal-2050 il-baħar se jkun fih iktar plastik milli ħut.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qal li Malta flimkien ma’ pajjiżi oħra se tingħaqad biex jitnaqqas l-iskart fil-baħar b’mod speċjali dak iġġenerat mill-flixkien tal-plastik.
F'simpożju li sar biex iffakkar il-50 sena anniversarju ta' Malta fil-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-liġi tal-baħar, Abela sostna li l-politika barranija ta’ Malta se tkun immirata lejn iktar żvilupp f’diversi oqsma relatati mal-baħar fosthom governanza aħjar tal-oċeani, sigurtà marittima, tkabbir marittimu, kif ukoll protezzjoni u promozzjoni tal-bijodiversità marittima.
Sostna li Malta għandha diversi esperjenzi fejn tidħol il-liġi marittima fuq livell internazzjonali.