Iktar nisa b’xogħol part-time bħala l-impjieg ewlieni

57,437 ħaddiem kienu reġistrati bħala impjegati part-time sa tmiem is-sena li għaddiet.
Madwar tlieta minn kull ħamsa, jew 34,057, kellhom xogħol part-time bħala l-impjieg primarju tagħhom. Minn dawn, il-maġġoranza, jew kważi 60 fil-mija, kienu nisa.
L-informazzjoni ingħatat fil-Parlament mill-Ministru għax-Xogħol Evarist Bartolo bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonniċi.Fl-istess perjodu, madwar tnejn minn kull tliett impjegati li kellhom kemm xogħol part-time kif ukoll xogħol full-time kienu rġiel – 15,689 minn 23,380 impjegat f’din il-kategorija.
Meta jitqiesu ċ-ċifri b’mod globali, fl-aħħar ta’ Diċembru 2014 kien hemm iżjed irġiel milli nisa li kellhom impjieg part-time. L-għad ta’ rġiel kien ta’ 29,635 jew 1,833 aktar mill-għadd ta’ nisa li kellhom xogħol part-time