Iktar nies jaħdmu f’Awwissu

F’Awwissu l-ħaddiema full-time f’Malta żdiedu bi 3.7% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.
Dawk li jaħdmu part-time biss żdiedu bi 8.6%.
Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-ħaddiema f’Malta f’Awwissu telgħu għal 171,000 – li jfisser li fuq sena kien hemm żieda ta’ 3.1%.
Dan għaliex kien hemm żieda f’dawk li daħlu fis-suq tax-xogħol waqt li naqsu wkoll dawk li kienu qegħda.
Il-ħaddiema fis-settur privat żdiedu bi 3,800 waqt li dawk fis-settur pubbliku żdiedu b’2,000.