Iktar minn kwart tal-istudenti fi skola huma barranin

Iktar minn kwart tal-istudenti li temmew is-sena skolastika li għaddiet fl-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar kienu barranin.
Dan joħroġ minn statistika li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari li saret mid-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea lill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo.
Minn total ta’ 901 li temmew is-sena skolastika 2013-2014, 239 jew 26.5% kienu barranin.
L-informazzjoni mogħtija fil-Parlament turi li kien hemm żieda ta’ 96 studenti barranin sal-aħħar tas-sena skolastika 2013-2014.