​Iktar minn €300,000 mil-Lift tal-Barrakka f’inqas minn sentejn

Il-Lift tal-Barrakka qed jiġġenera dħul lill-Gvern ta’ medja ta’ €190,000 fis-sena.
Fl-ewwel sena li beda jintuża, il-lift wassal għal dħul ta’ €184,157. Din is-sena s’issa, il-lift iġġenera dħul ta’ €159,377.
Dan ifisser li, bħala medja kull xahar, il-lift iġġenera €17,708 fit-tieni sena tiegħu wara medja ta’ €15,346 fl-ewwel sena.
Il-Ministru tal-Infrastruttura Joe Mizzi qal dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina.