Raġel li kien fi triqtu lejn Istanbul ġie arrestat wara li twaqqaf mid-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali wara li sabu qiegħ falz fil-bagalja fejn kien qed iġorr €127,506 fi flus kontanti.
Fi stqarrija d-Dwana spjegat li waqt li kienet għaddejja bil-kontrolli tar-rutina fis-sala tat-tluq fl-Ajruport, raġel Libjan twaqqaf u saret tfittxija fuqu.
Waqt it-tfittxija l-Uffiċjali tad-Dwana mit-taqsima ta’ kontra l-ħasil tal-flus sabu li l-bagalja tal-idejn kellha qiegħ falz u li fih kien hemm ammont kbir ta’ flus kontanti.
Din kienet it-tieni l-ikbar qabda ta’ flus kontanti mhux iddikjarati li saret mit-taqsima.
Id-Dwana infurmat lit-taqsima tal-Pulizija ta’ kontra l-ħasil ta’ flus. Huwa ġie arrestat immedjatament.
€10,000 ingħataw lura lill-passiġġier filwaqt li l-kumplament tal-flus inżammew bħala parti mill-investigazzjoni.
Jumejn ilu kelb tal-Pulizija qabdet persuna mill-Ukrajna li kienet fi triqtha lejn Istanbul b’€10,599. Il-persuna qablet li tati €559 f’qbil barra mill-Qorti.