Iktar minn 975 miljun ruħ jużaw Facebook kuljum

Nofs dawk li jużaw l-internet madwar id-dinja, jużaw ukoll Facebook mill-inqas darba fix-xahar.
Dan ifisser li l-ġgant tal-midja soċjali jintuża minn madwar biljun persuna u nofs, u 65% tagħhom – jew 975,000,000 – jużawh kuljum.
L-invenzjoni ta’ Mark Zuckerberg kibret tant li fl-aħħar tliet xhur, bejn April u Ġunju, id-dħul mir-reklamar fuq Facebook tela’ għal iktar minn $4 biljun, jew kważi €3.7 biljun.
Fl-Istati Uniti hu stmat li persuna bi smartphone tqatta’ minuta minn kull 5 li fihom tuża l-mowbajl tagħha, fuq Facebook.