Iktar minn 8,300 ċekk f’għajnuna matul il-pandemija

Inħarġu xejn inqas minn 8,385 ċekk għal numru ta’ persuni li rċievew xi tip ta’ benefiċċju matul il-pandemija tal-Covid-19.

Skont tabella ppubblikata mill-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon, il-benefiċċju għall-għadd ta’ persuni li tilfu l-impjieg tagħhom trippla minn 281 f’Jannar għal 623 f’Mejju.

Bl-istess mod, il-benefiċċju addizzjonali għall-qgħad żdied għal 1,766 f’Mejju. L-għajnuna għal qgħad baqgħet l-istess minn 639 f’Jannar għal 631 f’Mejju.

L-għadd ta’ benefiċċjarji li rċevew xi forma ta’ benefiċċju marbut mal-qgħad, huwa kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt:

BenefiċċjuJannarFrarMarzuAprilMejju
Diżimpjieg (UB)281317332641623
Speċjali għal Diżimpjieg (SUB)4348393955
Għajnuna għal Qgħad (UA)639624588590631
Benefiċċju Addizzjonali għal Qgħad (COUB)001549751,766