Iktar minn 800 vittma tas-sħana kiefra fil-Pakistan

Iktar minn 800 persuna mietu fl-aħħar jiem fil-Pakistan minħabba s-sħana qawwija li qed tolqot lill-pajjiż.
Dan seħħ ftit ġimgħat biss wara li t-temperaturi għolja ħallew 1,700 vittma fl-Indja.
Ilbieraħ, it-temperaturi fil-Pakistan laħqu l-45 grad Celsius hekk kif l-isptarijiet ma jistgħux ilaħħqu mal-emerġenzi.
Is-sitwazzjoni qed tmur għall-agħar hekk kif fil-pajjiż qed jonqos l-ilma u f’xi nħawi, anke l-elettriku.
B’hekk ma jistgħux jinxtegħlu fans jew arja kundizzjonata biex tittaffa s-sħana.