Iktar minn 400 persuna l-isptar b’overdose

Matul is-sena li għaddiet kien hemm 401 persuna li marret id-Dipartiment tal-Emerġenza fuq suspett ta’ overdose mid-droga.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal fil-Parlament li minn dawn, 242 kienu rġiel waqt li 159 kienu nisa bl-età medja kienet ta’ 44 sena.
Fearne kien qed iwieġeb mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal li l-aktar droga maqbuda mill-Pulizija hija r-raża tal-kannabis jew il-ħaxixa tal-istess pjanta.