​Iktar minn 4,000 żagħżugħ ta’ 16-il sena se jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali

Fl-elezzjonijiet li se jsiru għal 34 kunsill lokali, fil-11 t’April li ġej, se jivvutaw 4,231 żagħżugħ u żagħżugħa ta’ 16-il sena.
Dan se jkun possibbli wara tibdil fil-liġi li ppermetta għall-ewwel darba li żgħażagħ taħt it-18-il sena jivvutaw.
Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ta ċ-ċifra fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Laburista Anthony Agius Decelis.
It-tibdil fil-liġi madankollu ma kienx jaħseb għal elezzjonijiet oħra barra dawk lokali u għalhekk dawn iż-żgħażagħ, s’issa, ma jistgħux jivvutaw fir-referendum dwar il-kaċċa li se jsir fl-istess jum.
Iktar kmieni dan ix-xahar kien hemm għaqdiet taż-żgħażagħ li, malli ħarġet l-aħbar dwar ir-referendum, ħeġġew lill-Gvern biex ibiddel il-liġi biex huma jkunu jistgħu jivvutaw ukoll