Iktar minn 320 student Universitarju jagħżlu trasport alternattiv

Aktar minn 320 student tal-Università applikaw għall-Fond tat-Trasport tal-KSU, li tnieda xahar ilu.
Permezz ta’ din l-iskema, l-istudenti raddew lura l-permess tagħhom biex jipparkjaw madwar l-Università u ngħataw skont ta’ 50% għall-użu tat-trasport pubbliku.
Il-Malta Public Transport esprimiet sodisfazzjon u qalet li hu inkoraġġanti li tara daqshekk interess mill-istudenti universitarji li jqisu t-trasport pubbliku bħala alternattiva komda.
Il-Kunsill tal-Istudenti Universitarji (KSU) qal li dan il-fond hu wieħed mill-inizjattivi li ħadem fuqhom bħala alternattiva għall-użu tal-karozza privata.