Iktar minn 200 koppja jħassru t-tieġ

Unsplash

Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li hemm 201 koppja li kellhom iħassru t-tieġ minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Camilleri kien qed iwieġeb mistoqsija supplementari tad-deputat Laburista Ian Castaldi Paris, li staqsa lill-Ministru kemm kienu l-koppji li kellhom jissospendu t-tieġ tagħhom minħabba l-coronavirus.

Camilleri qal li kien hemm ħafna koppji li kellhom jiżżewġu matul dan is-sajf u japplikaw għat-tnedijiet taż-żwieġ tagħhom. Żied jgħid li Identity Malta ddeċidiet li l-miżata li ħallsu dawk l-għarajjes għat-tieġ tagħhom mhux se jkunu obbligati jerġgħu jħallsuhom meta japplikaw mill-ġdid.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn