​Iktar minn 2,300 persuna ħadu d-divorzju

2,326 persuna ħadu d-divorzju mill-Qrati Maltin minn kemm ilha li daħlet fis-seħħ il-liġi tad-divorzju f’Ottubru 2011. Fost it-talbiet għad-divorzju milqugħa, 84 ingħataw f’Għawdex.
Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonniċi wieġeb dan għall-mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
L-iktar sena li saru talbiet ghad-divorzju kienet l-2012 fejn in-numru ta’ talbiet kien ta’ 432 , fl-ewwel sena sħiħa minn mindu daħlet il-liġi fis-seħħ.
In-numru ta’ kawżi ta’ separazzjonijiet taż-żwieġ li daħlu quddiem is-Sezzjoni tal-Familja f’din il-leġiżlatura (mill-24 ta’ Ġunju 2017 sas-6 ta’ Marzu 2018) kienu 69 waqt li l-kawżi ta’ annullament kienu biss tmienja.
Kien hemm 19-il talba biex twaqqgħu l-proċeduri ta’ separazzjonijiet minħabba medjazzjoni jew minħabba ftehim milħuq bejn il-koppja.