Iktar minn 2,000 pulizija fil-Korp

Il-korp tal-pulizija għandu 2,171 membru, l-akbar numru ta’ Pulizija fl-aħħar ħames snin.
Il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia qal fil-Parlament li l-Kummissarju tal-Pulizija huwa mgħejjun minn erba’ Deputati Kummissarji kif ukoll 12-il Assistent Kummissarju.
Fil-gradi ta’ Supretendenti hemm 11–il persuna waqt li l-Ispetturi huma 132.
Is-Surgenti fi ħdan il-korp huma 415 waqt li hemm 137 kuntistabbli. Il-korp għandu 36 surġent u jinkludi ukoll 190 kunstistabbli riservisti.
Meta kien qed jirrispondi mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, il-Ministru Farrugia qal ukoll li l-Forzi Armati huma magħmula minn 1,825 mmexxija minn Brigadier wieħed, mgħejjun minn seba’ kurunelli, fost oħrajn.