Iktar minn 11,000 operazzjoni f’Mater Dei mill-bidu tas-sena

Minn Jannar sa Marzu li għadda f’Mater Dei kienu saru 11,289 operazzjoni.

B’risposta għall-mistoqsija parlamentari mid-deputat nazzjonalista Dr Joe Cassar, il-Ministru tas-Saħħa Dr Godfrey Farrugia wieġeb li f’Jannar saret 3,896 operazzjoni fi Frar 3,760 u f’Marzu 3,633.

Fi tweġiba oħra, il-Ministru Farrugia qal li skont informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System,  it-tul medju tar-rikoverazzjoni tal-pazjenti f’Mater Dei matul ix-xhur ta’ Jannar kien ta’ 5.3%, fi Frar 5.2% u f’Marzu 5.1%.