Iktar minn 100,000 immigrant f’4 pajjiżi fl-2015 s’issa

L-immigranti salvati fil-Mediterran u li ddaħħlu f’pajjiżi Ewropej din is-sena s’issa, qabżu l-100,000.
Aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda qalet dan hekk kif tat iċ-ċifri għall-pajjiżi l-iktar milquta minn dan il-fenomenu.
L-Italja hi fil-quċċata, b’54,000 immigrant fl-ewwel ħames xhur tas-sena fosthom 6,000 fi tmiem il-ġimgħa, segwita mill-Greċja bi 48,000 immigrant ieħor b’medja ta’ 600 immigrant kuljum.
L-immgiranti li qed jaslu l-Italja qed jitilqu, fil-parti l-kbira tagħhom, mil-Libja waqt li dawk li jaslu fil-Greċja qed jitilqu mis-Sirja, mill-Afganistan u mill-Iraq.
Fit-tielet post hemm Spanja b’920 immigrant s’issa, u Malta b’91.