Iktar minn 10,300 kaċċatturi u nassaba reġistrati

In-numru ta’ kaċċaturi u nassaba iskritti ma għaqdiet reġistrati mal-Kummissarju tal-Volontarjat sal-aħħat return l-erba' għaqdiet tal-Kaċċaturi u Nassaba huwa ta’ 10,323.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għad-Djalogu Soċjali Helena Dalli fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia.
Prattikament il-kaċċaturi u nassaba kollha huma rreġistrati mal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) – 10,220 membru.
Il-Moviment Kaċċaturi Nassaba Ambjentalisti u l-Kaċċaturi San Ubertu bejniethom għandhom 123 membru. L-Association for Sport Hunting and Trapping, imwaqqfa f’Jannar 2014 ma ndikatx in-numru ta’ iskritti magħha.