Iktar minn 1,200 vettura jaħdmu bl-elettriku

Sal-aħħar ta' Jannar, l-ammont ta' vetturi li jaħdmu bl-elettriku fit-toroq Maltin kien ilaħħaq l-1,225 vettura. 
Dan qalu fil-Parlament, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg, meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Byron Camilleri.
Fil-ġimgħat li għaddew, il-Ministru Borg ħabbar numru ta' skemi għal dawk kollha li se jneħħu vettura qadima mit-triq biex idaħħlu waħda aktar ġdida li tniġġes inqas, speċjalment jekk tkun taħdem bl-elettriku. Dawn jistgħu jibbenefikaw sa massimu ta' €2,000