Iktar Maltin se jaslu mil-Libja llejla

Għadd ta' Maltin mistennija jaslu Malta llejla abbord titjira li se titlaq mill-ajruport ta’ Mitiga fil-Libja.
It-titjira tal-Libyan Airlines li hi waħda kummerċjali, jiġifieri mhix qed tiġi kkoordinata mill-Gvern Malti, mistennija tasal fid-9.30 tal-lejla. 
Sadanittant, permezz ta’ ajruplan-ambulanza se jaslu wkoll żewġ Libjani feruti. B'hekk telgħu għal ħamsa, il-pazjenti Libjani li se jingħataw il-kura f’Malta. Tnejn mil-Libjani waslu Malta nhar is-Sibt, filwaqt li lbieraħ wasal pazjent Libjan ieħor.
Huma qed itiru mill-ajruport militari ta’ Mitiga, qrib Tripli.
Ritratt: Roberto Cassar