​Iktar kontrolli meta tirreġistra kelb jew qattus

Il-Kummissjoni Ewropea nediet ir-riżultat ta’ studju dwar il-ħarisen tal-annimali, li jirrikmanda iktar kontrolli fl-identifkazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ klieb u qtates fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Il-Eurogroup għall-Ħarsien tal-Annimali qal li jemmen li għandu jkun hemm uniformità fil-kontrolli biex jintemm it-traffikar illegali ta’ pets li ntqal kompla jiżdied fl-aħħar 10 snin.
Qal li dan għandu jwassal biex klieb u qtates reġistrati f’pajjiż, jistgħu jiġu traċċati fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Kelliem għal dan il-grupp sostna li l-konklużjonijiet ta’ dan l-istudju jikkonfermaw it-tħassib li kien hemm dwar abbużi li jsiru fi ħdan dik li hija magħrufa bħala l-Pet Travel Scheme.
Qal li din tirrapreżenta riskji serji għas-saħħa, il-ħarsien u s-sigurtà tal-annimali kif ukoll tal-persuni.
Kompla jgħid li se jinħarġu linji-gwida ġodda għal sidien preżenti u prospettivi ta’ klieb u qtates biex kulħadd ikunu informat sewwa meta jixtri jew jaddotta pet.
Il-Eurogroup għall-Ħarsien tal-Annimali għadu kemm nieda l-ewwel kampanja tiegħu bil-għan li jitwaqqaf il-kummerċ illegali ta’ klieb u qtates.