Iktar karozzi fit-toroq Maltin

Sa Diċembru li għadda, il-vetturi liċenzjati fit-toroq Maltin kienu jammontaw għal 346,918.
Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li dan ifisser żieda ta’ 0.7% fuq il-perjodu bejn Luju u Settembru.
Minn dawn 79.4% kienu karozzi tal-passiġġieri, 13.7% vetturi kummerċjali u 5.8% muturi.
Il-liċenzji l-ġodda li ħarġu bejn Ottubru u Diċembru li għadda kienu jammontaw għal 5,445.
80% tal-liċenzji l-ġodda kienu fuq karozzi tal-passiġġieri. 528 liċenzja ġdida ħarġet fuq muturi.
Fl-aħħar tliet xhur tas-sena ġew esportati 106 vettura.
Il-vetturi skrappjati jammontaw għal 3,431.
60.6% tal-vetturi f’Malta huma bil-petrol.