Iktar inkwiet għal Boris Johnson

Boris Johnson

Il-Prim Ministru Boris Johnson qal li m’għandu l-ebda dikjarazzjoni x’tagħmel dwar il-konnessjonijiet mal-business woman Amerikana Jennifer Arcuri.

Rapport fil-media qed jgħidu li Arcuri kellha trattament favorevoli minħabba l-ħbiberija li għandha ma’ Johnson.

Il-Pulizija trid tara jekk tinvestigax lill-Prim Ministru fuq reat kriminali minħabba għal mod kif mexxa l-uffiċċju tiegħu bħal Sindku ta’ Londra.

L-ewwel allegazzjonijiet tfaċċaw meta Arcuri marret ma’Johnson għl diskussjonijiet kummerċjali meta kien sindku u l-kumpanija tagħha ngħatat eluf ta’ flus f’għotjiet ta’ sponsorship.