Iktar imwiet barra l-Greċja

Barra l-gżira Griega ta’ Kos, dinghy ieħor għereq u miegħu niżżel lill-passiġġieri li kellu fuqu.
Kienu bejn sitta u għaxra, issa maħsuba mejta, fosthom tifel żgħir li diġà ttella’ l-katavru tiegħu mill-baħar.
Il-Greċja qed tisħaq mal-bqija tal-pajjiżi membri tal-UE biex ma titħalliex weħidha tiffaċċja din l-ikbar kriżi umanitarja fl-istorja, hekk kif pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa jridu jimbuttaw ’il quddiem il-possibiltà li l-Greċja tiġi sospiża miż-żona Schengen.
Imma l-Greċja qed tinsisti li l-Ewropa m’għandhiex ittella’ l-ħitan bejn il-pajjiżi, għax tmur lura għal żmien il-Gwerra Bierda, waqt li saħqet li anke jekk abbandunata mill-membri l-oħra se tibqa’ ssalva l-ħajjiet minkejja li tinsab fis-sitt sena ta’ dipressjoni ekonomika.