Iktar gradwazzjonijiet… did-darba mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

319-il persuna ggradwaw mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali.
Dan hekk kif din is-sena ġew offruti għaxar korsijiet mill-Istitut u minn entitajiet oħra tal-Knisja f’Malta.
Iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni, li bdiet b’quddiesa ta’ ringrazzjament u kompliet bil-preżentazzjoni taċ-ċertifikati, saret it-Tlieta li għadda fil-knisja ta’ San Duminku r-Rabat u tmexxiet mill-Vigarju Ġenerali Joe Galea Curmi.
Il-korsijiet li temmew il-parteċipanti kienu tar-raba’, il-ħames u s-sitt livell tal-MQF u tal-EQF fl-oqsma tal-familja, it-tagħlim soċjali tal-Knisja, it-teoloġija, l-ispiritwalità Franġiskana, l-evanġelizzazzjoni, il-Liturġija, il-ħidma mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ, l-istudji fl-ispiritwalità Karmelitana u l-istudji tal-Bibbja.
Barra minn hekk, matul iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni tħabbar li l-Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Jimmy Bonnici bħala direttur ġdid tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali.
Huwa mistenni jaqdi l-irwol ġdid tiegħu minn April tas-sena d-dieħla.
Iċ-ċerimonja ta’ din is-sena kienet l-għaxar ċerimonja ta’ gradwazzjoni li saret s’issa.
Apparti hekk, din is-sena l-Istitut beda l-11-il sena ta’ ħidma hekk kif qed joffri 13-il kors differenti li għalihom qed jattendu 180 parteċipant.
Għal iktar dettalji wieħed jista’ jżur is-sit