Iktar fdalijiet umani qalb it-tifrik tal-Costa Concordia

Bugħaddasa fis-sit ta’ fejn inkalja l-Costa Concordia sabu dawk li possibilment qed jiġu meqjusa bħala fdalijiet ta’ persuni li kienu abbord il-Cruise Liner.

Din l-aħbar waslet ftit jiem biss wara li membri tal-Protezzjoni Ċivili tal-Italja sabu l-fdalijiet ta’ żewġ vittmi oħra li tilfu ħajjithom f’dan l-inċident.

Il-fdalijiet li nstabu kollha ntbagħtu għat-testijiet tad-DNA.

Il-Costa Concordia inkalja mal-blat tal-Gżira ta’ Giglio, l-Italja, is-sena l-oħra. L-inċident ħalla 32 persuna mejta.