Iktar djar għal-Lhud fil-parti Għarbija f’Ġerusalemm

Waqt li t-tensjoni f’Ġerusalemm ma waqfitx, il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu approva l-iżvilupp ta’ żewġ proġetti ta’ iktar djar għal-Lhud f’żewġ żoni b’maġġoranza Għarbija.
Żona minnhom hi fl-inħawi fejn il-Palestinjani jridu joħolqu l-belt kapitali tagħhom ladarba jingħataw stat indipendenti.
B’kollox se jinbnew iktar minn 1,000 appartament ġdid.
Għalissa, skont il-gazzetti Iżraeljani, id-deċiżjoni ta’ Netanyahu hi biss l-approvazzjoni għat-tfassil tal-proġett.
Netanyahu approva wkoll il-bini ta’ 12-il triq ġdida fix-Xatt tal-Punent.