Iktar diskussjoni dwar self lill-Greċja u lil Ċipru

Il-Ministri tal-Finanzi ta’ 17 –il pajjiż fl-Unjoni Ewropea li jħaddnu il-munita Ewro ser jiltaqgħu fi Brussel sabiex jikkunsidraw li jagħtu pakkett ta’ self ieħor fi flus lill-Greċja.

Il-Ministri preżenti mistennija jevalwaw l-effetti ta’ xiri ta’ dejn mill-Gvern Grieg bl-iskop li jnaqqas id-dejn tal-pajjiż għal perjodu twil.

Il-Ministri se jieħdu sehem ukoll f’diskussjoni dwar il-progress ekonomiku f’Ċipru sabiex tittieħed deċiżjoni dwar pakkett ieħor ta’ self għal Ċipru.

Iktar tard illum, Prim Ministri u Presidenti minn l-Unjoni Ewropea ser jiltaqgħu sabiex jiddiskutu t-tfassil ta’ unjoni politika u finanzjarja bl-għan li tevita kriżi finanzjarja oħra fil-futur.

Ministri tal-finanzi minn 27 pajjiż fl-Unjoni Ewropea ħadu deċiżjoni li jkollhom osservatur komuni għall-banek tagħhom.