​Iktar bloggers ġodda fuq Newsbook.com.mt

It-tim ta’ bloggers fuq Newsbook.com.mt qed ikompli jikber bis-sehem ta’ persuni minn oqsma differenti. Dawn huma persuni li jirrappreżentaw ideat u pożizzjonijiet differenti fis-soċjetà.
Aaron Farrugia huwa s-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali. Huwa membru tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin u Ewropej. L-ewwel kontribuzzjoni tiegħu mistennija taslilna dalwaqt.
David Stellini huwa deputat tal-PN; il-kelliem tal-Oppożizzjoni fuq l-Unjoni Ewropea u huwa l-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista. 
Desmond  Zammit  Marmarà huwa  Kunsillier tal-Partit Laburista f’Ħal Balzan u edukatur irtirat.
Dr Godfrey Farrugia huwa Membru Parlamentari tal-Partit Demokratiku
André P. DeBattista huwa riċerkatur indipendenti fil-qasam tal-politika u l-affarijiet internazzjonali.
Martina Fenech hi studenta ambizzjuza fl-Università ta’ Malta u voluntiera ma’ Puttinu Cares.
Andrew Azzopardi, hu l-Kap tal-Kummissjoni għall-Ħarsien tat-Tfal u l-Adulti Vulnerabbli u d-Direttur tal-Kummissjoni Ejjew Għandi.
Id-direzzjoni ta’ Newsbook.com.mt se tkompli taħdem biex dan il-portal jipprovdi qawsalla ta’ ideat li għandhom ikabbru d-djalogu mal-qarrejja.
Minbarra dawn il-bloggers se jkomplu jikkontribwixxu l-bloggers preżenti, u oħrajn li mistennija jissieħbu ma' Newsbook.com.mt fil-ġimgħat li ġejjin.